MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 59k
7.3.2016
PE579.807v01-00
 
B8-0393/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-dewmien fit-traffiku fit-toroq Ewropew


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dewmien fit-traffiku fit-toroq Ewropej  
B8-0393/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi għadd numeruż ta’ attivitajiet qed jisfaw interrotti b'mod dejjem aktar sostanzjali minħabba l-kjuwijiet u l-klandestini.

B.  billi d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Awstrija, in-Norveġja u l-Isvezja daħħlu mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri, fejn id-deċiżjoni tal-Gvern Franċiż ittieħdet wara l-attakk terroristiku tat-13 ta’ Novembru, filwaqt li dawk tal-Istati Membri l-oħra ttieħdu biex jikkumbattu l-fluss eċċezzjonali ta’ migranti;

C.  billi kien hemm laqgħa bejn il-Kummissarju għat-Trasport, J. Barrot, u l-European Transport Worker's Federation (ETF - Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport), li esprimiet tħassib dwar in-nuqqas ta’ attenzjoni soċjali fil-politika tat-trasport tal-Kummissjoni;

D.  billi, wiċċ imbwiċċ mal-influss tal-migranti, l-Istati Membri akkużaw lil xulxin bi ksur tal-liġi b’miżuri ad hoc u ma rnexxilhomx jgħaqqdu flimkien il-forzi biex jaqblu dwar soluzzjoni applikabbli komuni;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni teżamina din il-problema.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza