MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 59k
8.3.2016
PE579.815v01-00
 
B8-0401/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kunflitti ta' interess fl-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kunflitti ta' interess fl-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel  
B8-0401/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-26 ta' Jannar 2016, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ħabbret r-reklutaġġ tas-servizz xjentifiku tal-"Food and Drink Federation" għall-kariga ta' direttur tal-komunikazzjoni;

B.  billi l-EFSA għandha ħabta tagħmel dan it-tip ta' ibridizzazzjoni bejn l-interessi privati u regolatur pubbliku, kif juru l-każijiet tas-Sur Moretto fl-2011 (evalwatur għall-pestiċidi għall-EFSA li kellu jirriżenja wara l-iżvelar tar-rabtiet tiegħu ma' kumpanija ta' konsulenza għall-manifatturi tal-pestiċidi) jew tas-Sra Banati fl-2012 (president tal-kunsill amministrattiv tal-EFSA u sħab tal-ILSI, l-akbar lobby agroalimentari tad-dinja);

C.  billi dan in-nuqqas ovvju ta' indipendenza jsostni t-teżi ta' aġenzija żiemel ta' Troja tal-lobby agroalimentari u jispjega ċerti deċiżjonijiet li huma pjuttost favorevoli għalih, u dan minkejja t-twissijiet tar-regolaturi nazzjonali;

D.  billi l-Awtorità tirrifjuta li tirriforma s-sistema tagħha għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess;

1.  Jeżiġi li d-deċiżjonijiet dwar is-sigurtà alimentari jittieħdu fil-livell tar-regolatur nazzjonali sakemm l-EFSA ma tirriformax is-sistema ta' prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess b'tali mod li jiggarantixxi trasparenza u indipendenza totali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza