MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 59k
8.3.2016
PE579.829v01-00
 
B8-0415/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-iffriżar tal-pagamenti ta' fondi lit-Turkija u l-interruzzjoni tan-negozjati bil-ħsieb tal-adeżjoni


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iffriżar tal-pagamenti ta' fondi lit-Turkija u l-interruzzjoni tan-negozjati bil-ħsieb tal-adeżjoni  
B8-0415/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi mis-Summit UE-Turkija tas-7 ta' Marzu 2016 jirriżulta li se tingħata għajnuna addizzjonali ta' EUR 3 biljun lit-Turkija sal-2018 u li l-obbligu ta' viża se jitneħħa għat-Torok;

B.  billi l-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali ddikjara li l-Unjoni Ewropea kellha toffri għajnuna ta' almenu EUR 6-7 biljun fis-sena lit-Turkija;

C.  billi l-President Tork jagħmel rikatt intollerabbli meta jhedded li se jiftaħ il-bibien lejn il-Greċja u l-Bulgarija u jtella' lir-rifuġjati fix-xarabankijiet jekk ma jiksibx il-fondi mixtieqa;

D.  billi l-attivitajiet li tat bidu t-Turkija kontra l-Kurdi, ir-rwol imċajpar li qiegħda tiżvolġi fil-konfront tal-"Istat Iżlamiku" u n-nuqqas ta' rispett tal-istampa (kif juri l-arrest preventiv ta' 92 ġurnata ta' żewġ ġurnalisti minħabba l-istħarriġ tagħhom ta' konsenja sigrieta ta' armi lis-Sirjani ribelli) ixekklu kull possibilità ta' negozjat;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinterrompi l-pagamenti ta' fondi lit-Turkija kif ukoll ittemm il-proċess ta' negozjati għall-adeżjoni mal-Unjoni.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza