MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 59k
24.2.2016
PE579.832v01-00
 
B8-0418/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku  
B8-0418/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 52000AR0269(01),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-politika ambjentali tal-Unjoni hija msejsa fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni, fuq il-prinċipji tal-azzjoni preventiva u fuq dak li jirranġa l-ħsara ambjentali, preferibbilment li titranġa f’ras il-għajn, kif ukoll fuq il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas";

B.  billi bl-espansjoni kontinwa tas-suq u t-tnaqqis taċ-ċikli ta' innovazzjoni, it-tagħmir qed jinbidel b'mod dejjem aktar mgħaġġel, li qed jikkontribwixxi biex il-fluss ta' skart ikompli dejjem jikber;

C.  billi n-nuqqas ta’ riċiklaġġ jirriżulta fit-telf ta’ riżorsi prezzjużi;

D.  billi xi Stati Membri għandhom leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), filwaqt li oħrajn m’għandhom xejn;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tifformula mill-ġdid il-leġiżlazzjoni, peress li din id-differenza toħloq għadd ta’ problemi potenzjali għar-riċiklaġġ, disparità fil-qasam tal-piż finanzjarju u l-ħtieġa għal tagħmir alternattiv.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza