Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0448/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0448/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-tħeġġiġ tal-użu ta' skart organiku għall-produzzjoni ta' enerġija nadifa

14.3.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-0448/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħeġġiġ tal-użu ta' skart organiku għall-produzzjoni ta' enerġija nadifa

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-użu ta' ċerti tipi ta' enerġija rinnovabbli mill-azjendi agrikoli Ewropej jista' jirrappreżenta sistema ġdida ta' ġestjoni azjendali li twassal għat-tnaqqis tal-ispejjeż u tal-impatt ambjentali relatat;

B.  billi l-bijoskart li jirriżulta mill-produzzjoni alimentari, pereżempju mill-frott taċ-ċitru u miż-żebbuġ, kulma jmur dejjem aktar qed jirrappreżenta sors indispensabbli għall-produzzjoni ta' enerġija nadifa;

C.  billi l-promozzjoni tal-użu tal-iskart għall-produzzjoni tal-enerġija tista' tnaqqas il-kosti addizzjonali marbuta mad-disponiment ta' tali skart;

D.  billi d-data dwar il-produzzjoni tal-istallazzjonijiet tal-bijogass turi kif din it-teknoloġija taħdem tajjeb bl-għajnuna tal-iskart organiku;

1.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tħejji intervent regolatorju fir-rigward sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-iskart organiku għall-produzzjoni ta' enerġija nadifa.