MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 473kWORD 61k
29.3.2016
PE579.880v01-00
 
B8-0456/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-infiltrazzjoni ġiħadista


Edouard Ferrand, Nicolas Bay, Matteo Salvini, Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-infiltrazzjoni ġiħadista  
B8‑0456/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Prim Ministru Pollakk, Is-Sa Beata SZYDLO, iddikjarat li, minħabba l-attentati ta’ Brussell, il-Polonja ma kinitx se tieħu sehem aktar fil-programm tad-distribuzzjoni tal-migranti fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

B.  billi, skont is-Sa Beata SZYDLO, l-attakki fatali ta’ Brussell juru li l-Unjoni Ewropea tilfet kull kontroll tal-kriżi tal-migrazzjoni;

C.  billi s-sistema tad-distribuzzjoni tal-migranti abbażi ta' kwota imponiet fuq il-Polonja li tilqa' 6 500 rifuġjat mill-Italja u l-Greċja, kwota li l-Gvern kien fil-pront ibblokka wara l-attakki ta’ Pariġi f’Novembru 2015;

1.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Koordinatur għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu jindirizzaw b’mod serju l-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-infiltrazzjoni ġiħadista, billi jieħdu eżempju mill-Gvern Pollakk li ddeċieda li ma jiħux riskji u ma jilqax individwi li sikwit huwa ferm ikkumplikat li tiġi stabbilita l-identità tagħhom..

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza