Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0514/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0514/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħafna każijiet ta’ infezzjoni bil-meninġite fl-Istati Membri

18.4.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-0514/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħafna każijiet ta’ meninġite fl-Istati Membri

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-mortalità minn meninġite qegħda, b’mod preokkupanti, tiżdied fl-Eworpa, speċjalment f’bini magħluq u iffullat għal sigħat twal ta’ kuljum, pereżempju fl-iskejjel u fl-uffiċċji;

B.  billi l-prevenzjoni ta’ dawn l-infezzjonijiet ser tinvolvi l-użu ta’ sens komun, il-ħasil tal-idejn u l-ventilazzjoni ta’ spazji magħluqa;

C.  billi l-attivazzjoni ta' politiki li jħeġġu t-tilqim, b’mod partikolari fit-territorji tal-UE l-aktar milquta minn meninġite, jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-fenomenu preokkupanti u li qed jinfirex;

1.   Iqis li din il-problema teħtieġ attenzjoni akbar u għandha titqies bħala prijoritarja;

2.   Jipproponi lill-Kummissjoni Ewropea toħloq sensibilizzazzjoni dwar it-tilqim taċ-ċittadini Ewropej fit-territorji l-aktar milquta.