MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 395kWORD 60k
22.4.2016
PE582.529v01-00
 
B8-0517/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-mibegħda fuq in-netwerks soċjali


Dominique Bilde, Marie-Christine Boutonnet

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-mibegħda fuq in-netwerks soċjali  
B8-0517/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi n-netwerks soċjali u l-internet huma meqjusa bħala vetturi tal-informazzjoni;

 

B.  billi t-terroriżmu u l-organizzazzjonijiet terroristiċi jiddependu dejjem aktar fuq l-internet u fuq in-netwerks soċjali sabiex jikkomunikaw, jorganizzaw ruħhom, jiżviluppaw lilhom infushom, jimpjegaw lis-segwaċi u biex ixandru messaġġi ta’ mibegħda;

 

C.  billi, skont l-Europol, 46 000 kont Twitter huma regolarment użati minn sostenituri u militanti tal-Istat Iżlamiku biex jinstigaw il-mibegħda u t-terroriżmu;

 

D.  billi aktar minn 4 000 ġellieda tal-Istat Iżlamiku daħlu fl-Ewropa bħala rifuġjati bl-għan li jirreklutaw u mbagħad imexxu l-gwerra;

 

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġija effikaċi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq in-netwerks soċjali;

 

2.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza