Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0648/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0648/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar l-instabilità tal-prezzijiet agrikoli kkawżata mit-tmiem tal-mekkaniżmi stabilizzanti

11.5.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-0648/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-instabilità tal-prezzijiet agrikoli kkawżata mit-tmiem tal-mekkaniżmi stabilizzanti

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-rapport 2016 tal-Osservatorju Franċiż għall-formazzjoni tal-prezzijiet u tal-marġnijiet tal-prodotti alimentari juri li l-prezzijiet agrikoli u l-għajnuniet li jirċievu l-produtturi ma jkoprux l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni;

B.  billi fl-2015 kienu jonqsu medja ta' EUR 19 għal kull 100 kg ta' laħam ħaj lill-persuni li jrabbu bhejjem tal-ifrat ta' età żgħira sabiex jitħallsu ta' xogħolhom u tal-kapital mobilizzat;

C.  billi hemm skonnessjoni dejjem tikber bejn il-prezzijiet agrikoli u l-prezzijiet għall-konsumatur finali, għaliex tal-ewwel naqsu b' 2.4 % fl-2015 (wara tnaqqis ta' 5.3 % fl-2014) meta dawn tal-aħħar żdiedu bi 0.5 %;

D.  billi din is-sitwazzjoni hija aggravata mill-iżvilupp erratiku tal-prezzijiet agrikoli (fejn il-prezzijiet taċ-ċereali, tal-ħalib u tal-laħam jiddependu direttament fuq l-offerta u d-domanda dinjija) maħluq mit-tmiem tal-mekkaniżmi stabilizzanti (kwoti, sussidji u prezzijiet garantiti...);

1.  jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jerġa' jistabbilixxi kwoti, prezzijiet minimi diċenti ggarantiti, u li jiżdidu d-dazji doganali fuq il-prodotti agrikoli minn pajjiżi involuti f'dumping insostenibbli.