MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
11.5.2016
PE582.671v01-00
 
B8-0650/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-bilanċ favorevoli strutturali ta' tfaddil f'relazzjoni mal-investiment fiż-żona tal-euro


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bilanċ favorevoli strutturali ta' tfaddil f'relazzjoni mal-investiment fiż-żona tal-euro  
B8-0650/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-bilanċ favorevoli tal-kont kurrenti tal-Ġermanja jaqbeż id-9.8 punti tal-PDG;

B.  billi diversi karatteristiċi strutturali jispjegaw dan il-bilanċ favorevoli: it-tixjiħ demografiku li jinfluwenza t-tfaddil u t-tkabbir potenzjali, il-piż għoli tal-industrija, in-nuqqas ta' defiċit tal-gvern...;

C.  billi dan il-bilanċ favorevoli jirrifletti l-asimetrija strutturali li tirriżulta minn munita unika li qed tkabbar l-eteroġeneità tal-istrutturi ekonomiċi tal-pajjiżi taż-żona tal-euro;

D.  billi, bħala riżultat ta' dan, il-kapaċitajiet produttivi qed jiġu kkonċentrati fil-qalba taż-żona tal-euro, u b'hekk qed tinħoloq differenza fis-sitwazzjoni tal-kontijiet kurrenti u diverġenza fl-introjtu bejn il-pajjiżi;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jvaraw mill-ġdid l-investiment fl-infrastruttura pubblika permezz ta' spinti baġitarji ġodda biex jikkoreġu l-bilanċi favorevoli tat-tfaddil f'relazzjoni mal-investiment;

2.  Jitlob li l-Kummissjoni tieqaf tippromwovi politiki ta' "sfruttament tal-ġirien".

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza