MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 60k
11.5.2016
PE582.683v01-00
 
B8-0662/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-faqar edukattiv


Isabella Adinolfi

Mozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-faqar edukattiv  
B8-0662/2016

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 9 TFUE jistabbilixxi li l-Unjoni, fid-definizzjoni u t-twettiq tal-politiki tagħha, tqis il-bżonnijiet b'rabta mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u flimkien ma' livell ta' tagħlim għoli, u billi l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li kull persuna għandha d-dritt għat-tagħlim u għal aċċess għat-taħriġ professjonali kontinwu;

B.  billi fost il-5 objettivi li l-UE hi mitluba li tilħaq sal-2020 hemm it-tnaqqis tat-tluq mill-iskola, iż-żieda fin-numru ta' persuni bejn it-30 u l-34 sena b'edukazzjoni universitarja u t-tnaqqis fin-numru ta' persuni li jinsabu f'riskju jew f'sitwazzjoni ta' faqar jew emarġinati;

C.  billi r-rapport "Save The Children" ippubblikat fid-9 ta' Mejju 2016 juri li l-Campania u l-Calabria, minħabba n-nuqqas ta' opportunitajiet ta' taħriġ, jinsabu f'qiegħ il-lista fl-Italja fir-rigward tal-faqar edukattiv li jwassal għall-faqar ekonomiku u viċi versa;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri li b'konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 166 TUE dwar it-tħaddim ta' politika ta' taħriġ professjonali li ssaħħaħ u tintegra l-azzjonijiet tal-Istati Membri, u li tgħin biex jitwarrbu sitwazzjonijiet li jostakolaw il-personalità ta' kull ċittadin tal-Unjoni

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza