Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0722/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0722/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI favur politika ta’ ġestjoni fit-tul tal-flussi migratorji

30.5.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

B8-0722/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew favur politika ta’ ġestjoni fit-tul tal-flussi migratorji

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  filwaqt li niftakru li l-baġits tal-Unjoni Ewropea allokati għall-ġestjoni ta’ urġenza tal-kriżi migratorja huma eżawriti;

B.  billi l-kapaċitajiet ta’ akkoljenza u ta’ integrazzjoni tal-Istati Membri m’humiex rispettati;

1.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra politika ġenwina ta’ sħubija mal-pajjiżi terzi biex titrażżan aħjar l-immigrazzjoni ekonomika;

2.  Jipproponi li għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ għajnuna għar-ritorn min-naħa tal-Istati Membri għal dawk li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ akkwist tal-karta blu tal-UE.