Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0748/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0748/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħtieġa għal kampanji ta' informazzjoni dwar ir-riskji tal-klamidja u l-eżistenza ta' testijiet kliniċi utli għad-dijanjosi tagħha

1.6.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-0748/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa ta' kampanji ta' informazzjoni dwar ir-riskji tal-klamidja u l-eżistenza ta' testijiet kliniċi utli għad-dijanjosi tagħha

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Titolu XIV tat-tielet taqsima tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-politika tas-saħħa tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-snin reċenti kien hemm żieda fil-każijiet ta' klamidja fl-Ewropa u billi, skont l-aħħar rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (European Centre for Disease Prevention and Control), marda bħal din għandha titqies bħala problema ta' saħħa pubblika;

B.  billi din hija infezzjoni li kważi mhijix magħrufa mill-pubbliku ġenerali u madankollu hija mifruxa ħafna fost in-nisa u l-iżgħar fost iż-żgħażagħ;

C.  billi bejn l-2010 u l-2014 ir-rata ta' infezzjoni żdiedet b' 5 %;

D.  billi l-infezzjoni hija partikolarment perikoluża għan-nisa, u dan għaliex spiss ma turix sintomi u, jekk ma tiġix trattata fil-ħin, tista' tikkawża ħsara bħall-infertilità;

E.  billi jeżistu diversi testijiet li jippermettu li l-marda faċilment tiġi identifikata u li tiġi kkurata fil-ħin;

F.  billi sal-lum ma teżisti l-ebda tilqima għall-prevenzjoni ta' tali infezzjoni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mhux biss dwar il-marda iżda wkoll dwar l-eżistenza ta' testijiet utli biex issir id-djanjosi tagħha.