MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 385kWORD 62k
6.6.2016
PE596.947v01-00
 
B8-0781/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-benessri tal-annimali


Edouard Ferrand

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-benessri tal-annimali  
B8-0781/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, reċentement, assoċjazzjoni dwar il-protezzjoni tal-annimali ħarġet filmati dwar il-vjolenza fuq l-annimali f'ċerti biċċeriji Franċiżi bi ksur tal-liġijiet relatati kollha;

B.  billi, minbarra metodi inaċċettabbli ta' ċerti biċċiera, l-annimali huma wkoll vittmi ta' prattiki reliġjużi arkajċi li ma għandhom l-ebda rispett għar-regoli dwar il-benessri tal-annimali, prinċipju stabbilit żmien ilu fis-soċjetà Ewropea u kkodifikat fit-Trattati Ewropej u fil-liġijiet tal-Istati Membri differenti;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi investigazzjoni fuq skala Ewropea dwar prattiki ħżiena tat-tbiċċir u biex tintroduċi sistema ta' tikkettar tal-benessri tal-annimali;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-ġerarkija tan-normi, biex "tiżgura li d-dispożizzjonijiet leġislattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri dwar ir-riti reliġjużi" ma jiftħux il-bieb għal eċċezzjonijiet li mhumiex tollerati skont il-prinċipju superjuri tal-benessri tal-annimali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza