MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni f'Mayotte
8.6.2016
Dominique Bilde
B8-0784/2016
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni f'Mayotte
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-sitwazzjoni attwali f'Mayotte hija preokkupanti, partikolarment minħabba l-immigrazzjoni u billi l-abitanti tal-post jorganizzaw huma stess it-tkeċċija tal-klandestini lejn il-Comoros;
B. billi l-kundizzjonijiet ta' sigurtà u l-kundizzjonijiet soċjali ma għadhomx sodisfatti fil-gżira u li bosta imprendituri qegħdin jaħsbu biex jitilqu mill-gżira;
C. billi f'Mayotte huma preżenti aktar minn 80 000 migrant klandestin;
D. billi quddiem ir-riskji ta' destabbilizzazzjoni tal-gżira u speċjalment dawk li ġejjin mill-Unjoni tal-Comoros;
1. Jitlob lill-Kummissjoni ssostni lil Franza fil-ġlieda tagħha kontra l-immigrazzjoni klandestina f'Mayotte, partikolarment billi l-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp mogħtija lill-Comoros tkun subordinata għall-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Gvern Franċiż.