Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0839/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0839/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit

24.6.2016 - (2016/2800(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura
Gilles Lebreton
f'isem il-Grupp ENF
<<<

Proċedura : 2016/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-0839/2016

B8-0839/2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit

(2016/2800(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra r-riżultat tar-referendum tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jifraħ lill-poplu Brittaniku talli wettaq b'mod deċiżiv l-eżerċizzju tiegħu ta' demokrazija diretta, u barra minn hekk jiċċelebra r-restituzzjoni storika tas-sovranità invjolabbli tal-popli;

2.  Iħeġġeġ lill-Prim Ministru tar-Renju Unit, bir-rispett dovut għar-riżultat tar-referendum, jagħti bidu għall-proċedura skont l-Artikolu 50 tat-TUE sabiex jikkalma t-taqlib fis-suq mill-aktar fis possibbli;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.