Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0842/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0842/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

27.6.2016 - ( D44599/02 – 2016/2708(RPS))

imressqa skont l-Artikolu 106(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Christel Schaldemose  


Proċedura : 2016/2708(RPS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-0842/2016
Testi mressqa :
B8-0842/2016
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B8-0842/2016

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(D44599/02 – 2016/2708(RPS))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (D D44599/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel[1], u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija tat-12 ta' April 2016 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-regolament imsemmi hawn fuq,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[2],

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi, sad-19 ta' Jannar 2009, profili nutrittivi speċifiċi li l-ikel jew ċerti kategoriji ta' ikel għandhom jikkonformaw magħhom biex iġibu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa, u l-kundizzjonijiet għall-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għal ikel jew kategoriji ta' ikel fir-rigward tal-profili nutrittivi;

B.  billi l-Kummissjoni għadha ma stabbilietx dawn il-profili nutrittivi;

C.  billi bott ta' 250 ml ta' xarba enerġetika jista' jkun fih sa 27 g ta' zokkor u 80 mg ta' kafeina;

D.  billi, skont l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni, l-indikazzjonijiet li l-kafeina tgħin sabiex tiżdied il-luċidità mentali u li l-kafeina tgħin biex ittejjeb il-konċentrazzjoni m'għandhomx jintużaw għal ikel immirat lejn it-tfal u l-adolexxenti;

E.  billi l-adolexxenti huma l-ikbar grupp ta' konsumaturi ta' xarbiet enerġetiċi;

F.  billi 68 % tal-adolexxenti u 18 % tat-tfal jikkunsmaw xarbiet enerġetiċi regolarment;

G.  billi l-Kodiċi ta' Prattika volontarju tal-industrija tax-xorb enerġetiku għall-Kummerċjalizzazzjoni u t-Tikkettar ta’ Xorb Enerġetiku jistipula biss li x-xorb enerġetiku ma jiġix ikkummerċjalizzat bit-tfal taħt l-età ta' 12-il sena[3]fil-mira tiegħu;

H.  billi fl-Opinjoni Xjentifika tagħha dwar is-sikurezza tal-kafeina, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ikkonkludiet li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni fuq xiex tibbaża livell sikur tal-konsum tal-kafeina għat-tfal iżda li komsum li jikkorrispondi għal 3 mg għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum probabbilment ma tagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza għat-tfal u l-adoloxxenti[4];

I.   billi, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, "l-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa ma għandux [...] iħeġġeġ jew jittollera l-konsum eċċessiv ta' xi ikel";

J.  billi 25 % tal-konsumaturi adolexxenti ta' xorb enerġetiku jixorbu tliet bottijiet jew aktar f'sessjoni waħda;

K.  billi x-xarbiet enerġetiċi ġew konnessi ma' wġigħ ta' ras, problemi tal-irqad u problemi fl-imġiba fit-tfal u l-adolexxenti li jikkunsmawhom b'mod regolari;

1.  Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.  Iqis li dan l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni mhux kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tintroduċi restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta' xarbiet enerġetiċi għat-tfal u l-adoloxxenti;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.