Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0865/2016/REV1Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0865/2016/REV1

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-iżviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

29.6.2016 - (2016/2774(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
imressqa skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Mario Borghezio, Harald Vilimsky, Stanisław Żółtek f'isem il-Grupp ENF

Proċedura : 2016/2774(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-0865/2016
Testi mressqa :
B8-0865/2016
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B8-0865/2016/REV

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar żviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

(2016/2774(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 3 sal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-iżviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE ma għandhiex dritt tinterferixxi fil-kompetenzi esklussivi tal-Istati Membri;

B.  billi l-Kummissjoni u l-Parlament ripetutament irreaġixxew b'mod mhux xieraq billi kkritikaw id-deċiżjonijiet sovrani li jkunu ħadu ċ-ċittadini Ewropej permezz ta' elezzjonijiet u referenda;

C.  billi l-Gvern Pollakk s'issa ma ppreżenta l-ebda proposta leġiżlattiva għal tibdil fid-dritt għall-abort;

D.  billi għandu jitqies li l-Polonja għadha ma ffirmatx il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

1.  Iqis bħala bla bażi kwalunkwe attentat ta' interferenza fil-kompetenzi esklussivi tal-Istati Membri, inkluż fl-affarijiet interni Pollakki;

2.  Itenni solennement l-impenn tiegħu lejn il-prinċipji tal-identità u tas-sovranità nazzjonali, li jmorru id f'id mal-prinċipju tal-libertà u huma inseparabbli minnu;

3.  Ifakkar li l-Kummissjoni mhijiex korp politiku, iżda l-korp eżekuttiv tal-Unjoni, u għaldaqstant hija għandha tikkonforma strettament mat-Trattati, inkluż l-Artikolu 5 tat-TUE u l-Artikolu 3 sal-Artikolu 6 tat-TFUE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.