MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
8.7.2016
PE585.361v01-00
 
B8-0920/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-glifosat


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-glifosat   
B8-0920/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fid-29 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li testendi l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-glifosat għal 18-il xahar;

B.  billi bosta NGOs, istituti ta' riċerka u gruppi ta' esperti (inkluża l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer) għandhom suspetti kbar li tali sustanza (li tinsab fil-prodott "Roundup" tal-kumpanija multinazzjonali Monsanto) hija karċinoġena;

C.  billi, madankollu, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) qieset dawn il-kritiki bħala infondati u ppreferiet l-istudji mwettqa mill-kumpaniji attivi fl-industrija;

D.  billi l-EFSA, fil-passat, ġibdet l-attenzjoni minħabba l-preżenza ta' bosta kunflitti ta' interess fi ħdanha;

1.  Jitlob li kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt jiddeċiedi jekk sustanza għandhiex tkun kummerċjalizzata jew le fit-territorju tiegħu.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza