Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0958/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0958/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar l-identifikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju fl-użu tad-droni fil-qasam tal-biedja

4.7.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-0958/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-identifikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju fl-użu tad-droni fil-qasam tal-biedja

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 1303/2013,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni COM(2014)207  final,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-iżvilupp fil-qasam tal-biedja jirrikjedi l-użu ta' teknoloġiji innovattivi biex tittejjeb il-kwalità tal-uċuħ tar-raba';

B.  billi l-pjanijiet ta' żvilupp reġjonali għall-perjodu 2014-2020 jikkostitwixxu strument utli li jagħti spinta għat-tkabbir tal-biedja ta' preċiżjoni u sabiex tinkiseb ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi;

C.  billi l-użu tad-droni, jiġifieri inġenji tal-arju mingħajr bdot, jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jitjieb ir-rendiment ekonomiku tal-impriżi tal-biedja;

D.  billi skont xi studji, il-ġbir dettaljat ta' informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tal-pjanti u dwar il-finanzjament tas-sistemi tat-tisqija jista' jippermetti li jiġi mmoniterjat il-ħsad u jassigura użu raġonevoli tar-riżorsi naturali;

E.  billi l-użu tad-droni jirrikjedi investimenti speċifiċi u kompetenzi professjonali li diffiċli jinkisbu fl-impriżi tal-biedja żgħar u ta' daqs medju;

F.  billi l-impriżi tal-biedja żgħar u ta' daqs medju ikollhom vantaġġ kbir bl-użu tad-droni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika mekkaniżmi ta' appoġġ għall-użu tad-droni fil-qasam tal-biedja, speċjalment fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju li għadhom daqsxejn xettiċi dwar il-vantaġġi li d-droni jistgħu jagħtu lill-attività produttiva tagħhom.