Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0981/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0981/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti Ewropej

23.8.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Bilde, Steeve Briois

B8-0981/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti Ewropej

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  Billi l-prattika tar-riċiklaġġ tal-bastimenti Ewropej ta' sikwit isseħħ fix-Xlokk tal-Asja, u l-aktar fl-Indja, il-Pakistan jew fil-Bangladexx, u billi din il-prattika tiddegrada l-ambjent (f'dak li jirrigwarda t-trasport, it-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-bijodiversità...);

B.  billi bejn l-1983 u l-2013, mietu 470 ħaddiem fl-industrija Indjana taż-żarmar tal-vapuri;

C.  billi 40 % tal-bastimenti tal-flotta merkantili dinjija huma ta' sidien Ewropej u, per eżempju, 74 % tal-bastimenti Ġermaniżi u 87 % tal-bastimenti Griegi ġew abbandunati fuq l-ixtut tan-Nofsinhar tal-Asja;

D.  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Hong Kong ta' Mejju 2009 li tirregola ż-żarmar tal-bastimenti fi tmiem ħajjithom;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiffirmaw il-Konvenzjoni ta' Hong Kong sabiex din tal-aħħar tidħol fis-seħħ;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja ż-żarmar tal-bastimenti Ewropej fil-faċilitajiet li jirrispettaw l-ambjent fl-Ewropa, fl-eżempju ta' dak li huwa pprattikat fin-Norveġja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.