Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1014/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1014/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar il-bżonn ta' riforma tal-Unjoni Ewropea

14.9.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Angel Dzhambazki

B8-1014/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bżonn ta' riforma tal-Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tar-referendum fir-Renju Unit u d-deċiżjoni demokratika tal-poplu Brittaniku li joħroġ mill-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri jħarsu lejn ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit bħala sinjal importanti ta' skuntentizza kbira fir-rigward tal-politiki u l-mod tat-tmexxija tal-Unjoni Ewropea;

2.  Jinnota li l-opinjoni negattiva taċ-ċittadini fir-rigward tal-istituzzjonijiet Ewropej hija konsegwenza tal-awtoritarjaniżmu li kulma jmur qiegħed jiżdied u li jikkaratterizza t-teħid ta' deċiżjonijiet fi Brussell u l-impożizzjoni tal-Ewrokrati li jimponu d-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-Istati Membri;

3.  Jikkundanna bil-qawwa n-negozjati immorali li jseħħu bejn il-Partit Popolari Ewropew, il-Partit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi u l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi fir-rigward tal-allokazzjoni ta' karigi ewlenin fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, u l-fatt li jħeġġu l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li mhijiex adatta għall-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha;

4.  Jitlob riforma tal-Unjoni Ewropea li tiffoka fuq ir-ritorn għal Ewropa tan-Nazzjonijiet, ir-rispett u l-ħarsien tal-interessi tal-Istati Membri kollha kif ukoll ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

5.  Jitlob lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.