Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1044/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1044/2016

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tal-gniedes

    13.9.2016

    imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

    Sophie Montel, Florian Philippot

    B8-1044/2016

    Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tal-gniedes

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.  billi assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-annimali żvelaw prattiki inaċċettabbli li għaddejjin f'ċerti stabbilimenti għat-trobbija tal-gniedes;

    B.  billi 400 000 gendus jitrabbew kull sena fi Franza biss, prinċipalment għal laħamhom;

    C.  billi ċerti azjendi jinkludu binjiet iffullati żżejjed jew spazji żgħar wisq, li fihom il-gniedes ma jkollhomx l-ispazju meħtieġ biex jesprimu l-imġiba naturali tagħhom;

    D.  billi huwa urġenti li dawn il-prattiki jitwaqqfu, iktar u iktar peress li jeżistu soluzzjonijiet alternattivi;

    1.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar kif it-trattament tal-gniedes jista' jiġi integrat fi strateġiji nazzjonali biex jittejjeb il-benessri tal-annimali.