Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1091/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1091/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar il-ġlieda kontra l-pedopornografija

27.9.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Isabella Adinolfi

B8-1091/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-pedopornografija

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-23 ta' Awwissu li għadda operazzjoni rigward il-produzzjoni, it-tixrid u l-kondiviżjoni ta' materjal pedopornografiku permezz tal-web, ikkoordinata mill-Europol, li fiha ħadu sehem, minbarra l-Italja, 24 pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, wasslet għal 75 arrest;

B.  billi dan ir-riżultat inkiseb permezz tal-analiżi tal-informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri fl-ambitu ta' EMPACT, il-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali, fosthom l-abbuż tal-minuri online;

C.  billi f'rapport tal-2015 il-Koalizzjoni Finanzjarja Ewropea Ġdida kontra l-Isfruttament Sesswali Online tat-Tfal sostniet li materjal meqjus bħala pedopornografiku mil-leġiżlazzjoni ta' xi Stati Membri jista' jitqiegħed fuq l-internet legalment fi Stati oħra fejn ma jitqiesx illegali;

D.  fid-dawl tal-prijorità tal-identifikazzjoni tal-vittmi biex jiġu rintraċċati dawk li jwettqu l-vjolenza u biex din il-vjolenza titwaqqaf, u tal-ħtieġa, għal dan l-għan, li jintużaw teknoloġiji ġodda ta' identifikazzjoni ta' ritratti u filmati, b'mod li jiġu rintraċċati l-kuntest jew il-post mill-iżgħar dettall;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal miżuri li jinċentivaw l-investimenti f'teknoloġiji li jappoġġjaw l-investigazzjonijiet fil-qasam tal-pedopornografija.