Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1189/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1189/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol

10.10.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-1189/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Ewropa qed taffaċċja l-akbar moviment migratorju mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn;

B.  billi jeħtieġ li r-rifuġjati li jfittxu l-asil jiġu integrati fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi l-integrazzjoni u l-inklużjoni tar-rifuġjati huma ħafna drabi kwistjoni delikata li tinkludi l-politiki dwar l-asil, id-difiża internazzjonali, is-suq tax-xogħol u l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni;

D.  billi l-politiki tal-UE huma frammentati u l-kompetenza tal-UE stess f'ċerti oqsma hija pjuttost limitata, peress li l-kundizzjonijiet ta' aċċess tar-rifuġjati għas-suq tax-xogħol ivarjaw minn Stat għal ieħor;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa proġett li jippermetti l-integrazzjoni tar-rifuġjati fl-Istati Membri kollha.