MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
5.10.2016
PE593.641v01-00
 
B8-1215/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tħassir tat-titoli ta' dejn pubbliku mixtrija u miżmuma mill-BĊE


Matteo Salvini, Mara Bizzotto, Mario Borghezio, Angelo Ciocca, Lorenzo Fontana

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħassir tat-titoli ta' dejn pubbliku mixtrija u miżmuma mill-BĊE  
B8-1215/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-BĊE s'issa xtara aktar minn EUR 1 000 biljun tad-dejn pubbliku tal-pajjiżi taż-żona tal-euro;

B.  billi, b'rabta ma' dan ix-xiri, inħoloq u diġà tqiegħed fis-suq ammont ugwali fi flus u dan ma wassal għall-ebda żieda fir-rata tal-inflazzjoni, li għadha 'l bogħod ħafna mill-mira stabbilita;

C.  billi l-karta bilanċjali tal-BĊE mhijiex magħmula minn kategoriji kontabilistiċi normali, iżda l-obbligazzjonijiet huma kkostitwiti mill-flus maħluqin minnu, u għaldaqstant il-bank jista' jopera bla problemi b'kapital kontabbli negattiv mingħajr ebda konsegwenzi, peress li dan hu biss entrata kontabilistika;

D.  billi jqis il-ħtieġa li titneħħa mid-dibattitu politiku l-problema falza tad-daqs tad-dejn pubbliku, li jirrappreżenta sempliċement it-tfaddil privat u li, f'kundizzjonijiet ta' rati tal-imgħax ta' żero, jista' jinbidel b'mod ekwivalenti ma' flus maħluqin mill-BĊE mingħajr konsegwenzi;

1.  Jitlob lill-BĊE jipproċedi bit-tħassir tat-titoli ta' dejn pubbliku mixtrija u miżmuma minnu fil-qafas tal-programm ta' tnaqqis kwantitattiv, billi jinnotifika l-ammont ikkanċellat lill-Eurostat u lill-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri kkonċernati, sabiex dawn jieħdu azzjoni biex inaqqsu bl-istess ammont id-dejn ikkalkulat fl-indikaturi tal-finanzi pubbliċi, l-ewwel fosthom l-indikatur tad-dejn/PDG.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza