Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1216/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1216/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħarsien tal-ħamster Ewropew tal-Alsace

12.10.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Bilde

B8-1216/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tal-ħamster Ewropew tal-Alsace

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ħamster komuni kważi sparixxa fi Franza peress li, qabel, kien ikklassifikat fost l-ispeċi li jikkawżaw dannu u, b'hekk, ġie eliminat;

B.  billi l-ħamster tpoġġa f'periklu serju minħabba l-monokultura tal-qamħirrun, li naqqsitlu b'mod sinifikanti l-aħħar ftit ħabitats tiegħu, iżda li huwa speċi protetta fi Franza mill-1993;

C.  billi l-popolazzjoni tal-ħamsters kienet ġiet stmata bejn 500 u 1 000 individwu fl-2012, filwaqt li l-limitu ta' sopravivenza tal-ħamster Ewropew tal-Alsace huwa stmat għal 1 500 individwu

D.  billi twaqqaf il-Programm LIFE Alister u d-diversi Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (NAPs);

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex jitħares il-ħamster Ewropew tal-Alsace sabiex jintlaħaq malajr il-limitu ta' sopravivenza u jinkoraġġixxi globalment lill-Kummissjoni tagħmel minn kollox biex tippreżerva l-ispeċi protetti, sabiex tiġi salvagwardjata l-bijodiversità tagħna;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Franza.