MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 47k
10.10.2016
PE593.644v01-00
 
B8-1218/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi


Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi  
B8-1218/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2001, tal-10 ta' Ġunju 2008, tal-1 ta' Diċembru 2009 u tas17 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2011,

–  wara li kkunsidra l-pjan dinji ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-25 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

A.  billi, skont id-dejta tal-OECD, ir-reżistenza għall-antibijotiċi tikkawża 700 000 mewta kull sena;

B.  filwaqt li jiddispjaċih għat-tnaqqis fl-investiment privat fir-riċerka farmaċewtika dwar it-trattamenti antibijotiċi;

C.  filwaqt li jilqa' l-inizjattivi nazzjonali, b'mod partikolari l-ħolqien tal-"Fleming Fund" mir-Renju Unit għar-riċerka farmaċewtika dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi;

D.  b'kont meħud tal-inizjattivi Ewropej f'dan il-qasam, b'mod partikolari l-Inizjattiva tal-Ipprogrammar Konġunt («Joint Programming Initiative») u l-Inizjattiva Ewropea dwar il-Mediċini Innovattivi («European Innovative Medicine Initiative»);

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja r-riċerka farmaċewtika bil-għan tal-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda jew ta' għodod dijanjostiċi rapidi mill-fondi eżistenti Ewropej għar-riċerka xjentifika;

2  Iħeġġiġha wkoll tikkollabora fl-programm ta' sorveljanza tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Avviż legali - Politika tal-privatezza