MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 46k
25.10.2016
PE593.648v01-00
 
B8-1221/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-indħil min-naħa tal-Kummissjoni


Isabella Adinolfi

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-indħil min-naħa tal-Kummissjoni  
B8-1221/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'intervista li ta lill-aġenzija ekonomika Bloomberg matul il-laqgħat tal-Fond Monetarju Internazzjonali li saru f'Washington, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi, Pierre Moscovici, skjera ruħu apertament favur ir-riformi tal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi;

B.  billi dikjarazzjonijiet tat-tip "insostnu l-isforzi ta' Matteo Renzi ħalli jkun sieħeb b'saħħtu fi ħdan l-UE" u "għandi fiduċja li l-Italja se jirnexxielha bħal dejjem u se ssolvi l-problemi bl-għajnuna tagħna" jirrappreżentaw indħil intollerabbli min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea fil-ħajja demokratika u politika ta' wieħed mill-pajjiżi fundaturi tal-Unjoni Ewropea;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tevita kwalunkwe tip ta' ndħil fil-ħajja politika u demokratika tal-pajjiżi tal-UE.

Avviż legali - Politika tal-privatezza