MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
9.11.2016
PE593.652v01-00
 
B8-1223/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tneħħija tas-sanzjonijiet ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea kontra l-Federazzjoni Russa


Bernard Monot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tneħħija tas-sanzjonijiet ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea kontra l-Federazzjoni Russa  
B8-1223/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, (UE) Nru 960/2014 u (UE) Nru 1290/2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 215(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi minn Marzu 2014, l-Unjoni Ewropea ħadet diversi miżuri ta' sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Federazzjoni Russa, sussegwentement għas-sitwazzjoni fl-Ukraina;

B. billi, bħala ritaljazzjoni, ir-Russja imponiet f'Awwissu 2014, embargo wiesa' ħafna fuq il-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea;

C. billi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern Russu estendew rispettivament il-parti l-kbira ta' dawk il-miżuri sat-23 ta' Ġunju u sal-31 ta' Diċembru 2017;

1.  Jinnota li s-sanzjonijiet meħuda mill-Unjoni għandhom konsegwenzi negattivi serji fuq l-ekonomija Ewropea, b'mod partikulari għan-negozji tas-setturi tal-agrikoltura, tal-enerġija jew militari;

2.    Jafferma mill-ġdid il-prijorità li għandha tingħata lill-kooperazzjoni mar-Russja, b'mod partikolari fir-riżoluzzjoni tal-kriżi fil-Lvant Nofsani u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

3.    Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-Kummissjoni biex jipproponu lill-Kunsill biex ineħħi, kemm jista' jkun malajr, is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Federazzjoni Russa.

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza