Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1242/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1242/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-emissjonijiet tal-impjanti elettriċi tal-faħam

27.10.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Isabella Adinolfi

B8-1242/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-emissjonijiet tal-impjanti elettriċi tal-faħam

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont ir-rapport "Lifting Europe's Dark Cloud: How cutting coal saves lives" nofs l-impjanti elettriċi tal-faħam fl-Ewropa jgawdu mill-għoti ta' derogi speċjali li jippermettu emissjonijiet oltre l-limiti stabbiliti;

B.  billi, bl-applikazzjoni tal-aqwa tekniki ttestjati u rikonoxxuti fis-settur tal-emissjonijiet, in-numru annwali ta' persuni mejta b'mod prematur minħabba l-kombustjoni tal-faħam jista' jitnaqqas minn 22 900 tal-lum għal 2 600;

C.  billi l-patoloġiji relatati jqumu madwar EUR 1,7 biljun lis-sistema tas-saħħa u li limiti aktar strinġenti fuq l-emissjonijiet flimkien ma' tekniki ġodda jafu jbaxxu din iċ-ċifra għal 340 miljun fis-sena;

D.  billi sa tmiem l-2016 l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jistgħu jadottaw standards ta' prestazzjoni ambjentali aħjar, deskritti fid-dokument ta' referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BREF) għall-impjanti l-kbar tal-kombustjoni (IKK);

E.  billi, minkejja li fl-Italja jmutu 620 ruħ fis-sena b'mod prematur kaġun tat-tniġġis li jipproduċu l-impjanti elettriċi tal-faħam attivi, f'Saline Joniche hemm proġett li jinbena impjant.

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tifformula miżuri li jgħinu l-applikazzjoni tal-limiti fis-seħħ fil-qasam tal-emissjonijiet ta' ħsara biex jitħares id-dritt għas-saħħa.