Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1333/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1333/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-isfruttament tal-ħaddiema barranin

29.11.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

B8-1333/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-isfruttament tal-ħaddiema barranin

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar forom ta' sfruttament gravi ta' ħaddiema barranin fi ħdan l-Unjoni Ewropea, ippubblikat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'bosta Stati Membri, il-ħaddiema barranin isofru sfruttament gravi tax-xogħol;

 

B.  billi s-setturi l-iktar ikkonċernati huma dawk li jattiraw ħaddiema mhux kwalifikati; billi n-natura tax-xogħol f'dawn is-setturi tinkoraġġixxi l-immigrazzjoni illegali;

 

C.  billi l-immigranti huma l-ewwel vittmi tal-immigrazzjoni illegali u mhux kontrollata;

 

D.  billi l-Istati Membri li għandhom kontroll reali tat-territorju tagħhom jistgħu jiġġieldu aħjar l-aġenziji tax-xogħol diżonesti u t-traffikanti tal-bnedmin;

 

1.  Jitlob l-abolizzjoni immedjata tal-ftehimiet ta' Schengen u l-istabbiliment mill-ġdid tal-fruntieri nazzjonali.