Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1372/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1372/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-prevenzjoni tar-rabja tal-klieb

15.12.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mireille D'Ornano

B8-1372/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prevenzjoni tar-rabja tal-klieb

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, skont studju tas-16 ta' April 2015 tal-Alleanza Globali Kontra r-Rabja, din il-marda tikkawża 59 000 mewt annwali fid-dinja u tikkorrispondi għal telfa ekonomika stmata li hija USD 8,6 biljun annwali;

B. billi minkejja l-fatt li din il-patoloġija, ikkawżata fid-99 % tal-każijiet mill-klieb, inqerdet fil-biċċa l-kbira tal-Istati Ewropej tal-Punent, hija għadha f'livelli endemiċi f'ċerti Stati Membri tal-Ewropa tal-Lvant;

C. billi, skont studju tas-27 ta' Ġunju 2015 tal-Istitut Nazzjonali Veterinarju tan-Norveġja, il-leġiżlazzjoni armonizzata għall-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ekonomika Ewropea, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2012, ma tiżgurax protezzjoni adegwata kontra r-rabja, peress li minn 75 kelb ittestjat minn Stati Membri tal-Ewropa tal-Lvant, bejn 53 % u 95 % kellhom livelli insuffiċjenti ta' antikorpi;

1. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tawtorizza lill-Istati Membri biex jieħdu huma stess azzjonijiet ta' protezzjoni adegwata dwar it-tranżitu ta' annimali domestiċi minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea.