MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 46k
15.12.2016
PE596.643v01-00
 
B8-1373/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-atti ta' vjolenza reliġjuża u ta' profanazzjoni ta' postijiet ta' qima Nsara fl-Ewropa


Mireille D'Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-atti ta' vjolenza reliġjuża u ta' profanazzjoni ta' postijiet ta' qima Nsara fl-Ewropa  
B8-1373/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1981,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont il-Fondazzjoni "Għajnuna għall-Knisja fil-Bżonn", 75 % tal-atti ta' vjolenza reliġjuża fid-dinja huma mmirati lejn ir-reliġjon Nisranija;

B.  billi, fl-Unjoni Ewropea, il-postijiet ta' qima Nsara jikkostitwixxu l-mira prinċipali tal-atti ta' profanazzjoni u billi, fi Franza, l-għadd ta' attakki rreġistrati kontra bini reliġjuż u oqbra Nsara kien ta' 467 fl-2014, b'żieda ta' 262 % meta mqabbel mal-2008, jiġifieri 79,02 % tal-attakki kontra bini reliġjuż u oqbra;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill jintroduċu sistema ta' sorveljanza tal-atti ta' vjolenza kontra l-komunitajiet Insara fl-Ewropa, b'kooperazzjoni mar-rappreżentanti istituzzjonali tagħhom fl-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippubblikaw kundanna uffiċjali tal-atti ta' vjolenza kontra l-komunitajiet Insara fl-Ewropa.

Avviż legali - Politika tal-privatezza