Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1382/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1382/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar il-konsum ta' karawett

15.12.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mireille D’Ornano

B8-1382/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsum ta' karawett

Il-Parlament Ewropew,

–  –  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-mard kardjovaskulari twassal għall-mewt ta' 25,5 miljun ruħ fis-sena madwar id-dinja u 40 % tal-imwiet kollha fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 1,9 miljun mewta fis-sena;

B. billi, skont diversi studji xjentifiċi, b'mod partikolari tas-Soċjetà Amerikana tan-Nutrizzjoni (2008), konsum akbar ta' karawett jista' jnaqqas ir-riskju ta' żvilupp ta' mard kardjovaskulari b'35 % sa 50 % minħabba l-kontenut għoli fil-karawett tal-aċidi xaħmin mhux saturati, vitamina B9, vitamina E, kif ukoll ta' potassju u fibri;

C. billi dawn il-proprjetajiet nutrittivi tal-karawett ġew rikonoxxuti mill-Food and Drug Administration tal-Istati Uniti, li tirrakkomanda l-konsum ta' madwar 30 g ta' karawett kuljum fil-kuntest ta' dieta tajba għas-saħħa;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, permezz tal-aġenziji Ewropej kompetenti, tippubblika linji gwida formali dwar il-karawett f'dieta tajba u tippromwovu l-konsum ta' karawett mill-Ewropej.