imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar id-Dryocosmus kuriphilus
Mireille D’Ornano, Sylvie Goddyn
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-Dryocosmus kuriphilus
B8-1393/2016
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-Direttivi 2000/29/KE u 2014/78/KE;
– wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet 2006/464/KE u 2014/690/UE kif ukoll ir-Regolament 707/2014,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Dryocosmus kuriphilus (l-"organiżmu") jagħmel ħsara lill-għelejjel tal-Castanea sativa (il-"pjanta") li tirriżulta f'telf sa 70 % taż-żmien tal-ħsad;
B. billi l-organiżmu ġie osservat fis-Slovenja fl-2004 u stabbilixxa ruħu f'tal-anqas għaxar Stati Membri u billi Stati Membri oħrajn li fihom tikber il-pjanta huma esposti għall-organiżmu;
C. billi l-fatt li huwa diffiċli li l-organiżmu jiġi identifikat fil-fażi inattiva u li s-soluzzjonijiet fitosanitarji u bijoloġiċi mhumiex biżżejjed effikaċi kontra l-organiżmu, dawn ippermettew il-proliferazzjoni ta' dan tal-aħħar;
D. billi d-Direttiva 2014/78/UE u r-Regolament 707/2014, li jemenda d-Direttiva 2000/29/KE, taw lill-Irlanda, lill-Portugall u lir-Renju Unit status provviżorju ta' żoni protetti, iżda billi l-miżuri ta' emerġenza applikabbli għall-Istati Membri ġew revokati skont id-Deċiżjoni 2014/690/UE;
1. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-protezzjoni tal-Istati Membri kollha kontra l-organiżmu bis-saħħa tad-Direttiva 2000/29/KE;
2. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġa r-riċerka xjentifika dwar l-organiżmu.