Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1394/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1394/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar l-armonizzazzjoni tal-politiki għall-familja fl-Istati Membri tal-Unjoni biex jiżdied it-tkabbir demografiku

28.11.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-1394/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-armonizzazzjoni tal-politiki għall-familja fl-Istati Membri tal-Unjoni biex jiżdied it-tkabbir demografiku

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-Ewropa ma baqax ikun hemm tkabbir kumplessiv b'żieda naturali tal-popolazzjoni u billi l-maġġoranza tar-reġjuni kkonċernati mit-tnaqqis demografiku tinsab fl-Istati Membri tal-Lvant u tan-Nofsinhar; billi fl-2014 fi 17-il reġjun ta' livell NUTS 3 kien hemm tnaqqis tal-popolazzjoni ta' 'l fuq minn 15-il persuna għal kull 1 000 abitant (sors: Eurostat);

B.  billi n-numru ta' mwiet jaqbeż dak tat-trabi mwielda f'bosta pajjiżi tal-UE, fosthom il-Ġermanja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka kif ukoll fl-Iżvezja u fil-pajjiżi Baltiċi;

C.  billi jeżistu diffikultajiet evidenti ta' ppjanar u ta' implimentazzjoni tal-politiki familjari fil-livell Ewropew u billi, konsegwentement, teżisti Unjoni Ewropea b'żewġ veloċitajiet, li fuq dawn il-kwistjonijiet tidher dgħajfa u newtrali;

D.  billi t-tnaqqis demografiku għandu impatt negattiv fuq is-sistema soċjoekonomika;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta proposta ġdida għal regolament jew direttiva intiża li tuniforma l-politiki familjari diretti u indiritti, billi tagħmel enfasi fuq il-prattiki tajba mxerrdin f'ċerti Stati Membri (Franza, il-Belġju, Spanja u l-Portugall) fid-dawl ta' allinjament progressiv u ta' żieda tar-rata tat-twelid.