Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1408/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1408/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-industrija tad-demolizzjoni tal-bastimenti

19.12.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mireille D'Ornano

B8-1408/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-industrija tad-demolizzjoni tal-bastimenti

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-flotta tad-dinja tammonta għal 90 000 bastiment u li minnhom jiġu skreppjati madwar 3 000 kull sena, u li din iċ-ċifra se tiżdied bil-kbir fis-snin li ġejjin;

B.  billi l-globalizzazzjoni wasslet lill-industriji tad-demolizzjoni tal-bastimenti biex jirrilokaw f'pajjiżi b'pagi baxxi fejn ta' spiss il-ħaddiema jkunu esposti għal sustanzi perikolużi.

C.  billi l-Artikolu 6 tat-TFUE jiddikjara li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza li tieħu azzjonijiet sabiex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-industrija;

D.  billi l-Artikolu 153 tat-TFUE jagħti lill-Unjoni Ewropea s-setgħa li tadotta direttivi fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea:

- tappoġġa politika Ewropea ta' industrijalizzazzjoni fil-qasam tad-demolizzjoni tal-bastimenti;

- tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-ħaddiema, u speċjalment tal-prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, fit-tarzni taż-żarmar tal-bastimenti.