Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1416/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1416/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-qafas ta' politika u t-tixjiħ attiv

22.12.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

B8-1416/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qafas ta' politika u t-tixjiħ attiv

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-aġenzija EU-OSHA twettaq riċerki sabiex tiżviluppa strumenti bl-għan li jiggarantixxu livell ta' saħħa u sigurtà adattat għall-ħaddiema avvanzati fl-età;

B.  billi l-posponiment tal-età legali tal-irtirar huwa l-ewwel ftehim li ġie adottat reċentement mill-maġġoranza tal-Istati Membri, iżda dan il-fatt għadu insuffiċjenti fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;

C.  billi t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jibqa' prerekwiżit indispensabbli sabiex l-anzjani jibqgħu attivi fid-dinja tax-xogħol;

D.  billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma jipproponux politika favur il-fatt li din il-kategorija ta' ħaddiema tibqa' attiva fid-dinja tax-xogħol, li spiss iwassal għal irtirar bikri;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju tal-impatt dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema avvanzati fl-età skont is-settur ta' attività;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex ma tipprovax timponi mudell uniku li, minn naħa waħda, ma josservax it-tradizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-liġi tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, li jista' jkollu bħala konsegwenza li jnaqqas il-livell ta' ċerti acquis soċjali.