MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
3.1.2017
PE596.690v01-00
 
B8-1420/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-vaċċin kontra l-aterosklerożi


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-vaċċin kontra l-aterosklerożi  
B8-1420/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-mard kardjovaskulari jikkawża l-mewt ta' 1,9 miljun ruħ fis-sena fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 40 % tal-mortalità globali f'dan ir-reġjun, u billi l-prevalenza tiegħu għandha tiżdied minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea u peress li l-età hija fattur ewlieni ta' riskju għal dan il-mard;

B.  billi l-aterosklerożi hija meta jitrabbew plakki ta' lipidi (ateroma) fil-qafas tal-arterji, u meta dawn jinkisru jistgħu jikkawżaw infart mijokardjali u puplesiji, u billi 80 % tal-imwiet għall-għarrieda huma kkawżati mill-ksur tal-plakka aterosklerotika;

C.  billi r-riċerki xjentifiċi bbażati fuq il-fatt li jiġi rregolat ir-rispons b'infjammazzjoni għall-kolesterol Ldl ippermettew li jipprevedu l-iżvilupp ta' vaċċin kontra l-aterosklerożi, u billi dawn ir-riċerki qed isiru bejn l-Università ta' Malmö u l-isptar ta' Stokkolma kif ukoll bejn is-Soċjetà Taljana tal-kardjoloġija u l-Università ta' Arkansas;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa r-riċerka għal vaċċin kontra l-aterosklerożi u biex, fejn xieraq, tiffaċilita l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza