MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
3.1.2017
PE596.692v01-00
 
B8-1422/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


Dwar il-virus H7N2


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-virus H7N2  
B8-1422/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-virus H7N2 ġie identifikat l-aktar fl-Istati Uniti iżda wkoll fir-Renju Unit, fejn it-trażmissjoni lill-bnedmin seħħet fl-2007;

B.  billi l-virus H7N2 jaffettwa essenzjalment lill-għasafar, iżda l-kontaminazzjoni tal-qtates ġiet ikkonfermata fl-Istati Uniti permezz tas-Center for Disease Control and Prevention wara d-dijanjożi li saret fuq qtates ta’ xelters tal-Belt ta’ New York;

C.  billi każ ta’ kontaminazzjoni minn qattus għall-bniedem ġie identifikat fit-22 ta’ Diċembru 2016 fuq veterinarju li jaħdem f’wieħed minn dawn ix-xelters imsemmija hawn fuq;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex permezz taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, tintroduċu mekkaniżmu ta’ twissija tal-virus H7N2 fl-Unjoni Ewropea sabiex tipprevjeni li jerġa’ jitfaċċa fl-Ewropa;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex permezz taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, tressaq rakkomandazzjonijiet lill-professjonijiet li jkunu partikolarment f’kuntatt mal-annimali kkonċernati.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza