Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1425/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1425/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-virusijiet HSV-1 u HSV-2

3.1.2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mireille D'Ornano

B8-1425/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-virusijiet HSV-1 u HSV-2

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-vajrusijiet HSV-1 u HSV-2 jikkawżaw l-ulċeri u li l-HSV-2 jista' jwassal għall-meninġite u l-infezzjonijiet neonatali fatali kif ukoll jimmultiplika bi tliet darbiet ir-riskju ta' infezzjoni tal-HIV;

B.  billi 417-il miljun persuna, bejn l-età ta' 15 u 49 sena, se jiġu infettati mill-HSV-2 u li l-prevalenza fl-Ewropa tal-Punent hija ta' 18 % fin-nisa u 13 % fl-irġiel u li l-mediċini antivirali jwaqqfu l-virus milli jinfirex mingħajr ma jeqirduh;

C.  billi t-tilqim preventiv jew terapewtiku kontra l-HSV-2 jinsab fit-tieni fażi tal-provi kliniċi, bħat-tilqima GEN-003;

D.  billi huma ftit l-Istati Membri li regolarment iwettqu skrinjar seroloġiku għall-HSV-1 u l-HSV-2 anki jekk il-virusijiet xorta jkunu kuntaġġużi minkejja li ma jurux sintomi u li jeżistu t-testijiet tal-PCR u tal-antikorpi; 

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jgħaqqdu l-ġlieda kontra dawn il-virusijiet mal-programmi kontra l-HIV u jappoġġaw ir-riċerka ta' tilqim;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iressqu, permezz taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-kontroll tal-Mard, rakkomandazzjonijiet dwar l-iskrinjar.