MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
3.1.2017
PE596.702v01-00
 
B8-1432/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-MCR-1 u r-reżistenza għall-kolistina


Mireille D'Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-MCR-1 u r-reżistenza għall-kolistina  
B8-1432/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kolistina hija antibijotiku ta' "importanza kritika" (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa) u l-konsum tal-kolistina fl-UE rdoppja bejn l-2010 u l-2014;

B.  billi fiċ-Ċina, il-ġene MCR-1 (l-"MCR-1") ġie identifikat fil-batterju Escherichia coli u dan jagħmlu reżistenti għall-kolistina;

C.  billi l-MCR-1, li ġie identifikat fiċ-Ċina, issa huwa preżenti fil-ħames kontinenti u, fi studju mwettaq fuq 2 001 ċittadin Netherlandiż (2014) li vjaġġaw barra mill-pajjiż, ġew identifikati sitt kampjuni bl-MCR-1, li ma rċevew ebda kura medika;

D.  billi kien irrappurtat falliment terapewtiku fid-Danimarka (2015);

1.  Jenfasizza li r-reżistenza għall-kolistina hija preokkupanti ħafna minħabba li din tintuża bħala trattament tal-aħħar rikors u minħabba li l-MCR-1 jiġi trażmess permezz tal-plażmid;

2.  Jinnota l-evalwazzjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("ECDC") tat-13 ta' Ġunju 2016 u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex, permezz tal-ECDC, issaħħaħ is-sorveljanza tal-MCR-1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza