MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 47k
3.1.2017
PE596.707v01-00
 
B8-1437/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-teknoloġiji ġodda għad-diżinfettazzjoni mingħajr antibijotiċi tal-istabbilimenti għat-trobbija tat-tjur


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-teknoloġiji ġodda għad-diżinfettazzjoni mingħajr antibijotiċi tal-istabbilimenti għat-trobbija tat-tjur  
B8-1437/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2012 dwar l-impatt tar-reżistenza antimikrobika fis-settur tas-saħħa umana u fis-settur veterinarju – perspettiva ta' "Saħħa Waħda",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-użu massiċċ tal-antibijotiċi fit-trobbija tat-tjur huwa parti importanti mill-fenomenu tar-reżistenza antibijotika li, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), huwa responsabbli għall-mewt ta' 700 000 persuna fid-dinja fl-2014;

B.  billi l-prototipi l-ġodda ta' robots ta' dekontaminazzjoni ddestinati għall-istabbilimenti għat-trobbija tat-tjur, allavolja ma jistgħux jeliminaw il-virus tal-influwenza avjarja H5N8, madankollu jippermettu li jitferrex "bexx niexef" ta' diżinfettanti mingħajr antibijotiċi, li jippermettu li titrażżan il-proliferazzjoni tal-batterji, speċifikament tat-tip Escherichia coli jew staphylococcus aureus;

C.  billi dawn it-teknoloġiji jippermettu li ssir ġlieda konkreta u effikaċi kontra r-reżistenza dejjem tiżdied għall-antibijotiċi;

1.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħti appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta' dawn it-teknoloġiji ġodda li kapaċi jġibu valur miżjud sinifikanti fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza