MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 59k
30.5.2016
PE596.957v01-00
 
B8-1452/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-preservazzjoni tal-mudell soċjali Ewropew fl-ambitu tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles li qed jiġu negozjati


Dominique Martin

Mozzjoni għal rożoluzzjoni dwar il-preservazzjoni tal-mudell soċjali Ewropew fl-ambitu tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles li qed jiġu negozjati  
B8-1452/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ftehimiet kummerċjali futuri ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi huma nnegozjati mingħajr l-ebda rispett għall-proċess demokratiku;

 

B.  billi, fost dawn is-sieħba potenzjali, uħud ma jirrispettawx l-istandards soċjali stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

 

1.  Jappella għall-viġilanza tal-Kummissjoni u jitlob li jiġu introdotti klawżoli li jippermettu s-sospensjoni ta' kull ftehim f'każ li tiġi kkonstatata kompetizzjoni żleali.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza