Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0029/2017Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0029/2017

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti

13.1.2017 - (2016/3040(RSO))

imressqa skont l-Artikolu 196 tar-Regoli ta' Proċedura
Konferenza tal-Presidenti


Proċedura : 2016/3040(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-0029/2017
Testi mressqa :
B8-0029/2017
Dibattiti :
Testi adottati :

B8-0029/2017

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti

(2016/3040(RSO))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar is-setgħat u r-reponsabbiltajiet tal-kumitati permanenti[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 196 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti u tas-sottokumitati:

I.  Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 73 membru,

II.  Kumitat għall-Iżvilupp: 28 membru,

III.  Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 42 membru,

IV.  Kumitat għall-Baġits: 41 membru,

V.   Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru,

VI.   Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 61 membru,

VII.  Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 55 membru,

VIII.   Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 69 membru,

IX.  Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 67 membru,

X.  Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 40 membru,

XI.  Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 49 membru,

XII.  Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 43 membru,

XIII.  Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 46 membru,

XIV.   Kumitat għas-Sajd: 27 membru,

XV.  Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru,

XVI.   Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru,

XVII.    Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 60 membru,

XVIII.  Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 25 membru,

XIX.     Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 37 membru,

XX.     Kumitat għall-Petizzjonijiet: 36 membru,

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 30 membru,

Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 30 membru;

2.  Jiddeċiedi, b'referenza għall-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tal-Kumitati, li l-bureaux tal-Kumitati jistgħu jikkonsistu f'massimu ta' erba' viċi presidenti;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni.