MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
13.1.2017
PE596.775v01-00
 
B8-0065/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-riċerka rigward il-virus Zika


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riċerka rigward il-virus Zika  
B8-0065/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-virus Zika qed ikompli jinfirex u wara l-Amerika, affettwa l-kontinent Afrikan hekk kif ġew rappurtati każijiet fil-Cape Verde u fl-Angola u billi l-Ewropa għadha potenzjalment imħassba dwar il-fatt tal-migrazzjoni u t-turiżmu;

B.  billi r-riċerki dwar dan il-virus regolarment jindikaw sejbiet li jistgħu jikkontribwixxu biex titjieb il-prevenzjoni tal-marda, pereżempju, il-preżenza tal-virus għal żmien twil fl-awrina, iżda saħansitra fl-isperma, għal bosta xhur wara l-infezzjoni, jew l-iskoperta ta' antikorpi li jinnewtralizzaw il-virus;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa r-riċerka dwar il-virus Zika, li tfaċċa relattivament reċentement, sabiex ikunu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet adegwati għal din l-epidemija.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza