MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 46k
9.1.2017
PE598.405v01-00
 
B8-0097/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar in-newralġija triġeminali


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-newralġija triġeminali  
B8-0097/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi n-newralġija triġeminali ("in-newralġija") hija patoloġija li taffettwa n-nerv triġeminali u tipprovoka uġigħ kroniku, qasir u sporadiku fil-parti t'isfel tal-wiċċ u li kull sena taffettwa 10 persuni minn kull 100 000;

B.  billi l-kawżi preċiżi tan-newralġija mhumiex magħrufa, iżda li alterazzjoni tal-mijelina madwar in-nerv triġeminali tkun fattur kawżali probabbli;

C.  billi l-għażliet terapewtiċi huma limitati għall-użu ta' mediċini antikonvulsivi jew għall-operazzjonijiet kirurġiċi bħad-dekompressjoni mikrovaskulari, l-elettrokoagulazzjoni jew ir-radjukirurġija, li għandhom effiċjenza relattiva (50 % ta' fejqan totali wara r-radjukirurġija) u li jista' jkollhom effetti sekondarji serji, bħal telf ta' sensittività fil-wiċċ, jew saħansitra, fil-każ tad-dekompressjoni, mewt jew truxija f'inqas minn 1 % tal-każijiet;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa r-riċerka għat-trattament tan-newralġija jew għat-titjib tat-trattamenti eżistenti, speċjalment proċeduri kirurġiċi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza