MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
9.1.2017
PE598.413v01-00
 
B8-0105/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar vaċċini li fihom melħ tal-aluminju


Mireille D'Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar vaċċini li fihom melħ tal-aluminju  
B8-0105/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi diversi studji xjentifiċi serji rreferew għar-rabta kawżali probabbli bejn il-preżenza ta' melħ tal-aluminju fil-vaċċini u ż-żieda fl-għadd ta' każijiet ta' awtiżmu fil-pajjiżi li jużawhom l-aktar u li, b'mod partikolari, studju tal-Università ta' Kolumbja Britannika (Kanada, 2011) juri riskju akbar ta' mard newroloġiku fir-rigward tal-użu ta' dawn il-vaċċini;

B.  billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħarġet evalwazzjoni pożittiva tar-riskji-benefiċċji, fis-27 ta' Lulju 2012, dwar il-preżenza ta' aġġuvanti li fihom l-aluminju assoċjat ma' riskju akbar ta' awtiżmu, iżda li riskji oħra tas-saħħa, b'mod partikolari msemmija fil-Premessa A, għad iridu jiġu ikkunsidrati;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, permezz taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, twettaq riċerka dwar ir-riskji assoċjati ma' aġġuvanti bbażati fuq l-aluminju fil-vaċċini.

Avviż legali - Politika tal-privatezza