MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar id-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema u t-telf ta’ ħiliet
16.2.2017
Dominique Martin
B8-0174/2017
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema u t-telf ta’ ħiliet
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema għandha l-għan li tiffaċilita l-għoti ta’ servizzi transkonfinali, iżda kontinwament qed tiġi ostakolata minħabba l-problema ta’ protezzjoni effettiva tal-ħaddiema kkonċernati;
B. billi l-Kummissjoni ssostni l-importanza tad-Direttiva, filwaqt li tenfasizza d-dipendenza tal-impriżi fuq l-istazzjonar biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ ħiliet f’ċerti setturi;
C. billi, fil-prattika, din id-Direttiva tirriżulta f’telf sinifikanti ta’ ħiliet f’ċerti setturi bħall-kostruzzjoni u t-trasport;
D. billi l-leġiżlazzjoni Ewropea għandha t-tendenza li ddgħajjef l-awtonomija tas-sħab soċjali;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kompetizzjoni inġusta tirriżulta minn spejjeż ta' xogħol u mhux mill-kompetenzi;
2. Jitlob li l-Kummissjoni tirrevoka d-Direttiva, li hi l-unika soluzzjoni biex tingħeleb il-kriżi Ewropea, meta jitqies l-għadd ta’ parlamenti u assemblej nazzjonali li huma kontra r-reviżjoni tagħha.